1. Dawk il-partijiet tal-ġisem fejn l-għadma tkun tmiss mal-oħra. Espr. Qisu bla ġogi – tingħad għal xi ħadd li hu aġili u kapaċi jitgħawweġ b’mod esaġerat. Etim. Sqal. Jucaloru – M. dik li tgħaqqad għadma mal-oħra. 2. Boċċa tal-ħadid li biha tinżel u titla’ l-keffa tal-miżien. 3. Parti mill-irbit fuq bastiment. 5. Il-passiġġiera li l-għasfur jintrabat magħha b’lenza biex dan iħajjar għasafar oħra jersqu lejh. 4. Karta jew kartella tat-tombla li jkollha sitt biljetti. Etim. tal-kelma f’dan il-kuntest x’aktarx ġejja mit-Tal. gioco. Qabb. ma’ ġugatur, wieħed li jilgħab fil-logħob tal-ażżard.