1. Siġra tal-ġnibru. Is. xj. Juniperus comunis. Minn din l-ispeċi nsibu pjanti li jikbru bħal arbuxell, kif ukoll speċi oħrajn li jikbru bħala siġar li jlaħħqu anki sas-sitt metri. Is-siġra ġieli jirriferu għaliha bi żball bħala siġra tal-għargħar, għax tixbahha. L-aqwa mod li tingħaraf din is-siġra hu mill-frott tagħha. Il-frott tas-siġra li minnu jsir il-ġnibru jixbah iż-żinżel għakemm iżgħar. Is-siġra hi apprezzata wkoll bħala siġra ornamentali. F’Malta din is-siġra ma tikbirx fis-selvaġġ. Il-ġniebru bħala siġra tintuża biex minnha ssir tip ta’ fwieħa, mediċina li tnaddaf il-passaġġ tal-awrina, u biex mill-frott tagħha jittieħed estratt li jagħti togħma lill-ġinn. (Ing. gin – kelma meħuda mill-Fr. genièvre. 2. Tip ta’ xarba alkoħolika magħrufa bħala ġinn. Ing. Juniper. Sors prinċipali: Dr. Joe Borg. Ara: ‘Il-Ġniepru’, Charles Fenech, Il-Ħuttafa, numru 95, p. 6.