Kelma oħra għal makkja. Raba’ mhux maħdum li fih jikber il-ħaxix selvaġġ. Veġetazzjoni tat-tip Mediterranju fejn jikbru siġar żgħar u arbuxelli ta’ pjanti selvaġġi. Dawn il-makkji jinsabu l-aktar fil-ġnieb tal-widien, fejn l-art hi aktar fertili u l-ħamrija aktar fonda. Tip ta’ siġar li jikbru f’dan l-ambjent jinkludu l-ħarub, siġar tal-lewż u oħrajn, kif ukoll pjanti iżgħar li jlaħħqu sa metru jew aktar. Tal. macchia. Ara: Qiegħda fil-ponta ta’ Lsieni, ta’ Ġużi Gatt, p. 45.