Rif. għal grupp kbir ta’ nies li jgħaddu fit-toroq b’ċertu sens ta’ diżordni, jew b’intenzjoni li jagħmlu xi rvell jew biex jikkommettu xi vjolenza. Ġabra ta’ bhejjem jew tjur, eż. ngħidu ‘ġliba tjur’. Din il-kelma jużaha Juan Mamo fl-istorja ‘Ġrajja Maltija ta’ meta l-Maltin kienu aktar fidili’: ‘Għall-ħabta tal-għabex… kien jilmaħ ġliba rġiel waħxin.’ Din l-istorja dehret f’Dr Xecchec, 4 ta’ Awwissu, 1934. Ara: Juann Mamo – Ġrajja Maltija – Ġabra ta’ Novelli, p. 73.