Dan kien ir-rigal li l-Gran Mastru kien obbligat li jagħti lill-knisja konventwali ta’ San Ġwann meta jkun elett. Imbagħad il-Gran Mastru kien obbligat jagħti lill-istess knisja rigal ieħor darba kull ħames snin. Il-gioia, jew ir-rigal, kien jikkonsisti ġen. f’sett komplut ta’ paramenti sagri għall- quddiesa pontifikali, jew inkella xi oġġetti oħra ta’ valur simili. Fost l-isbaħ rigali li qatt ingħataw lil din il-knisja hem it-tapizzeriji Fjammingi, li l-Gran Mastru Ramon Perellos y Rocaful kien ta meta kien elett.