Dan l-artiklu deher oriġinarjament fil-ktieb “Qiegħda fil-Ponta ta’ Lsieni” ta’ Ġużi Gatt.

ĠISIMNA

IR-RAS (head)

1) Il-Qurriegħa (crown of the head, vortex)
2) L-Iskutella tar-ras (back of the head)
3) Ix-Xagħar (hair)

IL-WIĊĊ (face)

4) Il-Ġbin (forehead)
5) In-Nas (temple)
6) L-Għajn (eye)
7) Il-Ħadd (cheek)
8) L-Imnieħer (nose)
9) Il-Minfes/imnifsejn (nostril)
10) Il-Fomm/il-Ħalq (mouth)
11) Il-Geddum/l-Ilħit (chin)
12) Ix-Xedaq (jaw)
13) Il-Widna (ear)

Ħala (beauty spot)

L-GĦONQ (neck)

14) Il-Gerżuma (throat)
15) Il-Ġewża tal-Għonq (Adam’s Apple)
16) Il-Kozz (nape of the neck)

ID-DAHAR (back)

17) L-Ispalla/il-Kitf (shoulder)
18) Il-Ġewnaħ tad-dahar (shoulderblade)
19) Il-Vojt tad-dahar (small of the back)
20) L-Abt (armpit)

IS-SIDER (chest)

21) Il-Biżla/is-Sider (breast, mamma)
22) Iż-Żejża (nipple)
23) Il-Ħobb (bosom)
24) Il-Qadd (waist)
25) Il-Ġenb/ġenbejn (hip)
26) Iż-Żokra (navel)

IŻ-ŻAQQ (Abdomen)

27) Iż-Żaqq (abdomen)
28) Taħt iż-Żaqq (lower abdamen)
29) Il-Farġ (pudenda, pubic area)
30) Il-Warrani (backside, bottom)

ID-DRIEGĦ (arm)

31) Il-Minkeb (elbow)
32) L-Id (hand)
33) Il-Ponn (clenched fist)

IR-RIĠEL (leg)

34)l-Koxxa/il-Wirk (thigh)
35) L-Irkoppa (knee)
36) Il-Pexxul (calf)
37) Il-Qasba tas-Sieq (shin-bone)
38) Is-Sieq (foot)
39) Il-Pala tas-sieq (sole of the foot)
40) Il-Galletta ta’ l-irkoppa (knee-pan)

IL-ĦALQ U L-GERŻUMA (mouth and throat)

1) Ix-Xoffa ta’ fuq (upper lip)
2) Il-Ħanek (gum)
3) Is-Sinna/snien (incisor teeth)
4) In-Nejba/nejbiet/njieb (canine tooth)
5) Id-Darsa/dras (molar)
6) Is-Saqaf tal-ħalq (hard palate)
7) Il-Qanpiena tal-ħalq (uvula)
8) Il-Bokka tal-ħalq (pharyngeal opening)
9) L-Ilsien (tongue)
10) Ix-Xoffa ta’ taħt (lower lip)

L-GĦAJN (eye)

11) Il-Ħaġeb/ħuġbejn (eyebrow)
12) Il-Kappell ta’ l-għajn (upper eyelid)
13) Xfar l-għajnejn (eyelashes)
14) Il-Ħabba ta’ l-għajn (iris)
15) Il-Mimmi ta’ l-għajn (pupil)
16) Il-Muskoli ta’ l-għajn (eye muscles)
17) Il-Boċċa ta’ l-għajn (eyeball)
18) Il-Kornea (cornea)
19) Il-Lenti ta’ l-għajn (eye lens)
20) Ir-Retina (retina)
21) Il-Parti l-għamja ta’ l-għajn (blind spot)
22) In-Nerv/nervituri ta’ l-għajn (optic nerve)

IL-PALA TAS-SIEQ (foot)

23) Is-Subgħa l-Kbir (big toe)
24) It-tieni subgħa (second toe)
25) It-tielet subgħa (third toe)
26) Ir-raba’ subgħa (fourth toe)
27) Is-Subgħa ż-Żgħir (little toe)
28) Id-Difer (toenail)
29) L-Għaksa (ankle)
30) Il-Ħobża tas-sieq (instep)
31) Il-Vojt tas-sieq (arch of the foot)
32) L-Għarqub (heel)
33) Il-Qiegħ tas-sieq (sole of the foot)

IL-PALA TA’ L-ID (hand)

1) Is-Subgħa l-Kbir/il-Behem (thumb)
2) Is-Subgħa l-Werrej (index finger)
3) Is-Subgħa l-fustani (middle finger)
4) Is-Subgħa taċ-ċurkett (fourth finger/ ring finger)
5) Is-Subgħa ż-Żgħir (little finger)
6) Il-Wiċċ ta’ l-Id (back of the hand)
7) Il-Keff ta’ l-Id (palm of the hand)
8) Il-Polz (wrist)
9) Il-Kappell tas-subgħa (finger pad)
10) Il-ponta tas-subgħa (finger tip)
11) Id-Difer (fingernail)
12) L-Għekiesi tas-swaba’ ta’ l-id (knuckles)

(C) Ġużi Gatt