1. Xi ħadd li jgħix jew kien jgħix fuq il-gżira ta’ Ġirba. Il-gżira ta’ Ġirba tagħmel mal-kosta tat-Tuneżina. Jingħad li fuq din il-gżira, għad hemm jgħixu dixxendenti Maltin, li nħatfu bħala skjavi mijiet tas-snin ilu. Maltin orħrajn marru hemm minn jeddhom fis s-seklu dsatax, meta ħafna bdew jemigraw lejn l-Afrika ta’ Fuq. Il-FUL TA’ ĠIRBA hu magħruf sew f’Malta bħala dak il-ful niexef, simili għall-ful li jikber f’Malta, biss iżgħar. Dan ukoll jista’ jissajjar u jintaħan f’bigilla, u għandu l-istess togħma. Appellattiv jintuża l-aktar biex jirreferi għal xi ħadd li twieled, jew jgħix il-Birgu. Stramba meta tqis li l-aġġettiv għal xi ħadd mill-Birgu jixraqlu jkun Birgi mhux Ġirbi minħabba li l-‘ġ’ ma tidħol qatt fil-kelma Birgu. Jista’ jkun li fost dawk il-Maltin li għexu f’Ġirba kien hemm nies mill-Birgu, u b’hekk inqala’ dan il-laqam.  Din il-kelma tintuża wkoll bħala aġġ. biex tiddeskrivi lil  xi ħadd makakk. Fid-Damma l-ewwel tifsira biss tingħatha.