jew ĠILI

1. Il-proċess ta’ meta waqt it-tieġ, id-daqqaqa, il-mistednin u l-qraba tal-għarajjes jimxu flimkien proċessjonalment lejn il-knisja biex issir iċ-ċerimonja taż-żwieġ. 2. Skont A de S. il-kelma tirriferi speċifikament għad-daqqaqa li jakkumpanjaw l-għarajjes f’jum it-tieġ tagħhom biex minn darhom imorru lejn il-knisja. Din il-purċissjoni kienet issir biss fl-irħula min-nies tal-kampanja. 3. Il-festin li jsir wara ċ-ċerimonja tat-tieġ, u l-ferħ tan-nies li jġib miegħu. Espr. ĠILWA NIES – purċissjoni twila ta’ nies. IL-ĠILWA l-KBIRA dan kien il-pellegrinaġġ f’San Girgor, li fih kienu jieħdu sehem ħafna parroċċi minn Malta kollha. 4. Fl-Għ. tal-Eġittu, din hi kelma li tintuża mill-Kopti, biex tirreferi għal xi ċelebrazzjoni reliġjuża. (din l-informazzjoni ta’ l-aħħar ingħatat minn Nader Salem Rizzo.) Ara: SAN GIRGOR Sors: E.S.I. Ritratt