Bħal tabernaklu tal-injam ddekorat b’raġġieri u maħdum f’forma ċilindrikali. Fih hemm struttura oħra tal-injam li fiha jinżam l-ostensorju. Meta din l-istruttura ddur, il-parti miftuħa tagħha turi l-ostensorju bl-ostja ikkonsagrata. Norm. din l-għamara tinsab fuq l-altar biex l-ostensorju ta’ ġo fiha jkun sponut għall-adorazzjoni. Tal. girandola – jiġ. oġġett li jdur. Tal. Girandola.