Ir-razza tal-familja. Il-ġenerazzjonijiet tar-razza. Espr. antika li kienet tingħad: ‘Nafuh minn ġidd il-ġidd’. Sors: M.A.V. (1796). Espr. oħra li jsemmi M.A.V. hi ‘minn ġiddu’, jiġ. minn qaddisu, jiġ. minn dejjem. Il-kelma bl-Għarbi u bil-Malti antik kienet tirriferi wkoll għan-nannu jew għall-ixjeħ persuna fir-razza. E.S.I. iżid espr. oħra: ‘minn ġidd għal ġidd’ – jiġ. mill-missier għall-iben, u ‘mard tal-ġidd’ – jiġ. mard li jintiret.