(Pl. Għenienel) Libsa sewda li tintlibes minn fuq ir-ras u tinżel sal-għekiesi. Biż-żmien kienet bdiet tinħiet b’mod li parti mid-drapp kien imtawwal biex jittella’ ’l fuq u jgħatti r-ras. L-għonnella wara bdiet tinħadem b’mod li tinżamm b’id waħda, bħal arkata, biex tkopri r-ras. Dan kien isir billi d-drapp jinħiet fuq baliena, (qasba rqiqa biex iserraħ id-drapp magħha). Interessanti ħafna li f’Celano, fl-Abruzzo, kien jintlibes tip ta’ kostum simili li kien jissejjaħ unella. Dan forsi mhux b’kumbinazzjoni, għaliex fl-1227, ir-Re Federiku II, eżilja il-popolazzjoni ta’ Celano lejn Malta. F’Malta, l-għonnella baqgħet tintuża sa’ nofs is-seklu għoxrin. Wara kienu biss l-għalliema nisa tal-M.U.S.E.U.M. li baqgħu jilbsuha l-aktar, bħala ‘uniformi’ b’turija li huma membri ta’ din is-soċjetà. Qab. mal-Isqal. ). A. de S. jagħmel distinzjoni bejn l-għonella u l-faldetta, waqt li oħrajn jgħidu li dawn kienu l-istess ħaġa. A. de S. igħid li l-faldetta kella l-għata, mentri l-għonella ma kellhiex. (g)unnedda għal fadigghia jew faldetta. Ara: Studies in Maltese Folkore, ta’ Joseph Cassar Pulliċino, pp.151 153.