1. Werżieq ta’ binhar. Cicada. Ara: SARSUR. 2. Gazzella. Idj: ‘jiġri daqs għażżiela’. 3. L-għażżiela hi wkoll qagħqa magħmula minn għaġina ċatta u ddisinjata b’mod elaborat, b’forma maqtugħa qisha maħduma bl-arkett. L-għaġina kienet tkun imħallta b’diversi ħwawar. Fis-seklu sbatax din kienet tissajjar biex tingħata lill-foqra. Kien hemm legati li kienu jinkludu ikliet magħmula mill-għażżiela, li kienu jitqassmu fil-festi. L-għażżiela kienu jdendluha fid-dar biex tipproteġi lilha u lil min jgħix fiha kontra s-sajjetti.  4.  (pl. ta’ GĦAŻŻIEL) min jagħżel (il-proċess li jsir fuq ir-raddiena biex it-tajjar isir ħajt.) TAL-GĦAŻŻELIN   Norm. jissejjah TAL-GĦAŻŻENIN.  Inħawi li jinsabu fin-naħa tal-kosta ta’ San Pawl il-Baħar, qrib it-Torri ta Wignacourt. Post ieħor li dari kien imsemmi għal dan it-tip ta’ xogħol, kien fix-Xagħra, Għawdex, għax din l-għolja kienet magħrufa bħala x-Xagħra tal-Għażżelin.  E.S.I. hu tal-fehma li l-isem ta’ dawn l-inħawi għandu jkun, Tal-Għażżelin.