Aġġ. min-nom ‘għaskar’ li tfisser suldat, jew ‘għaskarija’ li tfisser armata. Suldat jew bniedem militari. Fl-ilsien Għarbi, dan in-nom jirriferi ukoll għal suldat ta’ razza sewda, jew serv tal-istess razza, xi ħadd li jintbagħat għall-ġlied. Mela jista’ jkun li meta ngħidu ‘Wiċċ Laskri’ nkunu qed nirriferu għal bniedem b’wiċċ sever. Hemm tifsiriet oħrajn li kollha jirriflettu l-fehma tal-Maltin fuq l-għadu ‘Tork’: eż. wiċċ ikreh, wiċċ ta’ wieħed iddisprat. Fid-dizzjunarju ta’ J.A. din il-kelma hi deskritta bħala ‘persuna armata’. Għ. Għaskar. Għaskarija – armata.