Tip ta’ soppa jew minestra, magħquda bħal polenta jew poriġ. Taħlita ta’ qamħirrum jew nuħħala u ilma li tingħata mgħollija lit-tiġieġ. Soppa magħmula mill-granza. Idj: ‘Għamel għasida / tagħsida sħiħa’ – jiġ. ħallat u xarrab kollox flimkien. GĦASSED Għaffeġ u ħallat il-ħobż mas-smid u xarbu bl-ilma biex għalef it-tiġieġ. Fig. Għamel għasida; għamel taħwida kbira f’xogħlu.