Fergħa ta’ siġra li titqaxxar mill-weraq tagħha biex isservi ta’ bastun li jintuża mir-ragħaj meta jirgħa l-merħla tiegħu. Idj. Mur ilħaq għasstek, li setgħet tingħad mir-ragħajja meta jammonixxi lil dak li jkun biex jieħu ħsieb il-merħla tiegħu. Illum din tingħad biex wieħed iwiddeb lil ħaddieħor biex jilħaq salibu.