Jew GĦORMA   (pl. għaram / għorom).   Gozz ta’ uċuh tar-raba’, bħal-qamħ; ġwież, jew affarijiet oħra, eż., bebbux, flus, qasab, ħamrija jew ramel. L-għorma tal-qiegħa hi dak il-munzell li jinġabar fil-ħsad. Għaram tar-ramel, eż. bħalma hemm ir-Ramla l-Ħamra, Għawdex. Ing. Dune. L-għaram tar-ramel huma protetti għax fihom jgħixu speċi ta’ insetti, eż. il-Grillu tar-Ramel, u pjanti partikulari u rari, eż., Kromb il-Baħar, il-Ħaxixa tal-Irmied Xewwikija u l-Pankrazju. GĦARREM v. ħażen jew ġabar. F. Vella (1843) Ara: ‘Għaram tar-Ramel’ ta’ Elizabeth Conrad Il-Ħuttafa numru 103, p. 9.  T. Zammit juża din il-kelma fl-Istorja ‘Il-Ħalliel Misruq’, b’dan il-mod: …’ħaġa tal-għaġeb, għorma bebbux kull ma sabet’…, Il-Malti, Ġunju, 1929