Ingann jew brikkunata.  GĦAQQUXI   Bniedem li jħawwad minn taħt; bniedem qarrieqi.   GĦAQQEX   v. Gerfex, eż. fil-kliem, jew inkella beda jaħbi l-verità.  F’Għawdex, din il-kelma tfisser inkwiet . Eż.,: Kont se nagħmel xi ħaġa u nqala’ l-għaqqux. Kelma li tista’ tintuża waqt  xi mixja fil-wied. Hawnhekk sew, imma iżjed ‘l isfel oqogħdu attenti għax hemm ħafna għaqqux, ġebel, ilma, tajn, eċċ.  Ħajr: Anton F. Attard.