Ħotba fl-art; tumbata; għolja żgħira. Jeżistu diversi mkejjen f’Malta li għandhom dan l-isem. Eż. Tal-Għaqba fin-naħa ta’ Ħal Qormi, l-Għaqba f’Birkirkara, l-Għaqba tan-Naxxar u bosta oħrajn. Fil-ktieb Place-Names of the Maltese Islands c. 1300-1800 hemm imsemmija għaxar inħawi b’dan l-isem.