1. Imkien fil-fond. 2. Post li jismu WIED GĦAMMIEQ, li qiegħed in-naħa tal-Bajja tar-Rinella, fuq il-Lvant tal-Kalkara. Minkejja it-toponomija, tal-inħawi ta’ Wied Għammieq ma tindikax li dan il-post hu xi wied jew post li hu ta’ xi fond straordinarju. Għaldaqstant, l-oriġini u r-rifirenza ta’ dan l-isem mhiex ċara. Hawn jinsab ċimiterju li fih kienu ndifnu dawk li mietu bil-kolera li laqtet lil Malta fl-1837.