1. Is. xj. Notobasis syriaca. Pjanta magħrufa bħala ‘xewk tax-xitan’. Din hi pjanta indiġena għal Malta u twarrad il-fjuri tagħha bejn Jannar u Mejju. Ing. Horse Thistle. 2. Inħawi viċin it-triq ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, x’aktarx propjetà ta’ xi ħadd li kien jismu jew imlaqqam Għallis. It-Torri tal-Għallis, jibqa’ magħruf għas-sejba tal-katavru ta’ Toni Aquilina, li nstab maqtul f’bir f’dan it-torri żgħir, f’Marzu tal-1955. Aquilina kien inħataf u nqatel fl-24 ta’ Frar, f’xi ħin wara li telaq mill-uffiċċju ta’ fejn kien jaħdem bħala impjegat. Id-delitt seħħ meta hu kien sejjer jiddepożita somma ta’ ’l fuq minn ħmistax-il elf lira Maltin (euro 35,000), fin-National Bank of Malta. Wara ħafna investigazzjonijiet, kien ġie arrestat u akkużat ċertu George Terreni. Dan kien instab ħati, u ntbagħat għomru l-ħabs. Terreni skonta biss disa’ snin, għaliex fl-1964 kien ġie meħlus wara serje ta’ maħfriet, li kienu ngħataw lill-ħabsin. Ara: Delitti F’Malta, 200 sena ta’ Omiċidji, ta’ Edward Attard, pp. 342-359.