Bosta nies kienu u għadhom jemmnu fis-setgħa tal-għajn. Ħafna jemmnu li persuna tista’ titfa’ l-għajn ħażina, jew kif tissejjaħ ukoll ‘il-magħmul’ fuq ħaddieħor bis-seħer. Dahri, dawk li kellhom għajnejhom żoroq, jew kbar u suwed, kienu jaqgħu taħt suspett li għandhom l-abbiltà li jitfgħu is-seħer fuq ħaddieħor.L-għajn ħażina tista’ mhux biss taffettwa n-nies , iżda anki l-proprjetà fost dawn, l-annimali. Mhux ta’ b’xejn li r-ragħaj kien iwaħħal fuq ir-razzett par qrun biex jipproteġi l-bhejjem kontra l-għajn. L-għajn narawha wkoll impinġija fuq il-pruwa tal-luzzijiet. Għalkemm d-disinn tal-għajn illum mhu xejn aktar ħlief tiżjin, fl-imgħoddi l-għajn kienet isservi ta’ simbolu maġiku qawwi biex jirribatti is-seħer ta’ kwalunkwe saram li seta’ jinqala’.