Isem ta’ nħawi li jinsabu wara Selmun, u ftit lil hinn mill-Imġiebaħ. Fil-verità dan it-toponimu għandu jinqara Għajn Ħadit, jiġ. l-għajn li kienet użata jew inkella proprjetà ta’ bniedem li ismu kien Ħadit. Ħadit hu isem Għarbi li jmur lura għall-inqas sas-seklu ħmistax. Jista’ jkun ukoll li ħadid ġejja minn ‘ħad’ li bl-Għarbi tfisser ħajt li jissepara zona jew pajjiż minn ieħor (Għ. Hawn il-kelma ħadid x’aktarx hi l-aġġettiv ta’ ħadd (Għ. حدّ, li tista’ tfisser, fruntiera jew ħajt). Fis-sena 1658 f’dan il-post kien inbena l-ewwel torri żgħir minn tlettax, li l-Gran Mastru De Redin kien ordna li jinbnew madwar Malta kollha. Dan it-torri ġġarraf fit-terremot tat-12 ta’ Ottubru tal-1856.