Jew Għabd:

Dan huwa l-appellativ għal’ skjav, bil-Malti antik. Jidher mill-kitba kemm ta’ Al Qażwini u dik ta’ Al Ħimjari, li f’nofs is-seklu ħdax, il-popolazzjoni ta’ Malta kienet magħmula minn ħakkiema Misilmin u s-sudditi tagħhom, li kienu x’aktarx Insara. Darba minnhom, meta Malta kienet mhedda b’invażjoni mill-għadu Biżantin, il-mexxejja Għarab offrew lill-Insara l-opportunità li jinħelsu mill-jasar tagħhom, kemm il-darba jgħinuhom jiddefendu l-Imdina kontra l-għadu. Għabid jew Abd, hu appellattiv assoċjat mal-kunjom Abdilla, li ġej minn Għabdalla – li tfisser: ‘is-serv t’Alla’. F’Malta u Għawdex, jinsabu diversi lokalijiet, l-aktar għelieqi, li huma msemmija fid-dokumenti bħala ‘Tal-Għabid’.  Ara: Malta – The Medieval Millennium ta’ Charles Dalli, pp. 60-65.