1. A. de S. jgħid li dan kien kostum bħall-faldetta, li però ma kellux għata, u li kien jintlibes biss fid-dar. Dublett tal-għażel li fl-antik in-nisa kienu jilbsu fuq ħwejjiġhom biex jagħmlu x-xogħol tad-dar. . A. de S. ikompli jgħid li dan kien magħmul mill-qoton, u kien ta’ kulur kaħlani b’ċintura bajda. Kien jintlibes min-nisa tal-kampanja. Magħrufa wkoll bħala DGEŻWIRA faldetta, zinale. sors: Damma. 2. TAL-GEŻWIRA Riferenza għas-suldati Skoċċiżi, stazzjonati f’Malta, li kienu jilbsu d-dublett tradizzjonali tagħhom. Qab. v. GEŻWER għatta b’mod billi rabat oġġett f’karta jew fi drapp. Qab. tgeżwira mill-verb geżwer. Qawl: B’mitt sena ħsieb ma traqqax geżwira. Ing. Kilt.