1. Rif. għar-razza jew il-familja bil-ġenerazzjonijiet ta’ qabilha. Temi Zammit juża din il-kelma b’dan il-mod: ‘Nikol kien twieled is-Siġġiewi mill-ġebbieda ta’ Perċjus, iżda meta żżewweġ laqmu nbidel u sar Ta’ Qinċla.’ Sors: ‘Mhux kulma jleqq hu deheb’, Nies Bla Sabar u stejjer oħra, p. 76.   2. Pala b’lasta twila li l-furnar juża biex joħroġ il-ħobż mill-forn; tiranta.  3. Għodda li l-bajjad jew kaħħal juża biex jaqla’ t-tikħil żejjed li jibqa’ fil-katusi. Sorsi: E.S.I. u G.B. Falzon (1845).