(pl. ġbajjar.)  1. Idj: i.  ‘L-ikel sar ġbara’. – tingħad għal meta l-ikel idum jissajjar iżżejjed, jew idum ma jittiekel u allura jispiċċa insipidu.  Idj: ii.  ‘Qisu ġbara – bniedem mitluq u b’telqa fuqu; bniedem pjuttost qawwi ħafna u li jdum biex jaġixxi.  2. Taħlita magħmula minn nuħħala. 3. Il-ġewwieni ta’ ħobża mxarrba bil-ħalib, li titqiegħed fuq dik il-parti muġugħa tal-ġisem li tkun misluħa jew infettata. Din kienet titħalla hemm għal xi 24 siegħa biex tneħħi l-infezzjoni, billi l-ġbara tiġbed fuq in-nefħa jew l-ferita. Il-ġbara tintuża l-aktar fuq iż-żwiemel li jkollhom xi ġerħa ma’ saqajhom, billi tintrabat garża bil-ġbara mal-parti infettata.  Ing. poultice jew cataplasm.