Fi żmien l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin, meta f’Malta kien għad hawn ħafna faqar, il-ġaxin kien jinxtara mingħand is-servizzi tan-navy u tal-army Ingliżi.Il-gaxin kien jikkonsisti minn tilqit ta’ ikel mill-borom, li għalkemm imsajjar, ma kienx ikun għadu servut lis-suldati. Dan l-ikel kien jiġi mibjugħ lill-kumpaniji b’tender, jew lill-individwi, li mbagħad kienu jbigħuh bi prezz irħis, l-aktar lill-ħaddiema tal-Port. Ing. gash, li tfisser imbarazz għar-rimi. Għandu mnejn ukoll, li din il-kelma ġejja minn ration jew gashing. Ara: Snajja u Xogħol il-Maltin ta’ Paul P.Borg, it-Tieni Volum, pp. 161-168.