1. Qasrija ġejja fit-tond u mbuzzata ’il barra. 2. Il-kolonna, norm. tal-ġebel jew tal-injam, u li fuqha titqiegħed il-qasrija. Sa ftit żmien wara t-Tieni Gwerra Dinjija, fid-djar Maltin kont tara ħafna gastri magħmulin minn skrataċ kbar vojta tar-ram, li xi darba kienu ntużaw mill-militar biex jisparaw il-balal mill-kanuni. Dawn kienu jżejnu bihom xi daħla tad-dar. Minħabba li kienu tar-ram, kien ikollhom bżonn ta’ tindifa bil-ġambul minn żmien għall-ieħor biex iżommu dehra nadifa u tleqq. Tal. vaso da fiori. Etim. Lat. Gastro, M, stonku.