Il-pjaneta tas-saċerdot li jilbisha biex iqaddes, fuq il-bqija tal-ilbies l-ieħor. Din tkun magħżula biex tintlibes skont il-kulur li suppost skont il-liturġija; eż. abjad fi żmien il-Milied, l-Għid u l-festi ta’ qaddisin li ma mitux martri, kif ukoll fil-quddies taż-żwieġ; aħdar fil-Ħdud tal-ottava tal-festi; isfar dehbi fi żmien in-novena; aħmar fi żmien il-festi ta’ qaddisin li mietu martri u fil-ġimgħa ta’ Pentekoste; vjola fi żmien ir-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira. Etim. Sqal. casubbula. Ing. chasuble.