Tip ta’ kurdiċella, norm. magħmula mill-ħarir, ta’ xeħta pjuttost trasparenti u mġiegħda, qisha bizzilla li tinħiet fil-bordura tal-ilbiesi biex dawn jingħataw dehra attraenti. Illum, il-ganza ssir ħafna drabi min-nylon jew mill-polyester u tinxtara biex biha ssir kull tip ta’ dekorazzjoni fuq id-drapp. Isiru wkoll fjuri minn dan il-materjal għall-ilbiesi eleganti u l-ilbiesi tat-tieġ. Il-kurdiċella tal-ganza tintuża wkoll biex tagħti xeħta dekorattiva lid-drapp tal-purtieri. Tal. organza.