Jew GANUTIL   Xogħol fin u dekorattiv ta’ bukketti ta’ fjuri, magħmul minn diversi materjal, l-aktar, ħjut tad-deheb jew tal-fidda. Ix-xogħol l-ewwel jibda billi isiru forom ta’ weraq u ward, imbagħad dawn jingħaqdu flimkien f’bukketti. Dan x-xogħol artiġjanali tarah l-aktar fil-festi, iżejjen l-artali. Dan ix-xogħol kien isir l-aktar mis-sorijiet fil-kunventi, fis-sekli tmintax u dsatax. Illum ix-xogħol tal-ganutell isir bħala passatemp. Tal. cannutiglio anke canutigla – strisciolino d’oro. Ara: Ganutell ta’ Maria Kerr. Ganutil Flowers – ‘An ancient Craft’ ta’ Guido Lanfranco fi Treasures of Malta, Summer,1998, Vol. IV no 3, pp. 34,35. ‘Decorative Flowers Through the Ages’ ta’ Guido Lanfranco fi Treasures of Malta, Christmas 2000, no 19, Vol VII no 1 pp. 31-35.