1. Tip ta’ żiemel ta’ daqs żgħir, jew ħmar daqsxejn imdaqqas.  2. Appel. għal xi żagħżugħ li jkun għadu ma jafx jaħseb għal rasu. Bniedem fidil jew injorant. 3. IL-ĠANNETT   Pubblikazzjoni umoristika li John Scerri, kummerċjant u produttur tas-sigaretti mill-Ħamrun, u Carlo Satariano kienu joħorġu f’Malta bejn l-1945 u l-1956.  4. Żunżan li jkollu kuluri ta’ faxxi sofor u li jagħmel il-bejta tiegħu fil-ħitan tas-sejjieħ. Etim. Tal. gianetto jew ginnetto – tip ta’ żiemel żgħir tal-ġiri ta’ razza Spanjola. Sors: J.A.