JEW ĠANBUBLU

1. Għasfur li jpassi fuq Malta f’Marzu u f’Awwissu. Is. xj. Monticla saxatilis. Għasfur li jixbah lill-malvizz, għandu sidru ħamrani waqt li dahru u l-ġwienaħ huma griżi fl-ikħal. Jgħidulu wkoll ‘għasfur aħmar’ jew ‘kudiross’.   2. Appel. għal xi tifel imbaċċaċ u mżaqqaq. Etim. Gianni + bobbolo. Ara: Mid-Dinja tas-Seħer u tal-Folklor, Anton F. Attard, p. 131. Lanfranco, fil-ktieb tiegħu Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin, jgħid li f’Tas-Sliema kienet popolari din it-taqbila:

Ġanbomblu tat-tursin

Tajtu n-nar ma riedx isir,

Ġanbomblu tan-nuħħala,

Tajtu n-nar ma riedx jispara.