Idj: ‘Deffes rasu bħal gallozz’ – ma ried jisma’ b’xejn, ma riedx iħabbel rasu dwar il-problema. Il-gallozz hu isem ġeneriku li jirriferi għal diversi speċi ta’ glalez li jpassu minn fuq Malta. Il-glalez jgħixu fil-bwar u l-għadajjar u jistaħbew qalb il-qasab, is-simar u veġetazzjoni oħra. L-iżjed komuni fosthom huma l-Gallozz Iswed u l-Gallozz tax-Xitwa. Ismijiet oħra bil-Malti: Gallozz ta’ Geddumu Aħmar u l-Gallozz Xitwi. Ing. Water Rail.