1. Biskuttell tond, kbir daqs pala tal-id li dari kien jittiekel ħafna drabi mat-te’.  2. Injama ċatta u maqtugħa fit-tond li titwaħħal fuq il-quċċata tal-antinjola (l-arblu tal-bandiera).  3. L-għadma tonda ta’ fuq l-irkoppa.  4. Daqqa biż-żewġ pali tal-idejn fuq ir-ras.  5. Tip ta’ pjanta tad-dell li tiftaħ weraq kbar u fit-tond.  Is. xj. Farfugium. Ing.  Leopard Plant. 6. Fil-logħba noli, din tirriferi għal post preċiż fejn it-tifel li jkun imġiegħel iffittex lill-sħabu ipoġġi wiċċu mal-ħajt biex ma jkunx jista’ jara fejn sħabu marru jistaħbu.