Xini kbir li barra li kien jivvjaġġa bil-qlugħ kellu wkoll l-imqadef. Kien kapaċi jsalpa għal xhur sħaħ għax kien ikun fornut b’kollox. Fost ix-xwieni, il-galjazza kienet ikbar mill-galera u mill-galjotta. Ara: Il-Flotta ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Joseph Muscat, p. 167.