1. Pjanta li bil-Malti hi magħrufa bħala Għud is-Sus. (Is. Xj. Glycyrrhiza glabra). Dan hu l-għeruq ta’ pjanta li tikber l-aktar man-naħa tal-kosta fin-Nofsinhar tal-Ewropa. L-għeruq jinħasad wara t-tielet sena li tkun kibret il-pjanta u jitnixxef biex imbagħad jinbigħ kif inhu fis-sura ta’ lapes. Dan jitgħalla għal ħafna ħin. Is-sugu li joħroġ mill-għeruq jintuża kemm għall-mediċina, l-aktar kontra l-uġigħ tal-griżmejn, kif ukoll biex minnu jsiru ħafna tipi ta’ ħelu. Ftit jafu li traċċi ta’ din il-pjanta jitħalltu mat-tabakk tas-sigaretti biex dawn ikollhom togħma pjaċevoli. 2. Ħelu iswed li meta tigdmu jiġġebbed u għandu togħma morra. Sq. sugu di rigulizia. M. Għerq ħelu. Sors etim: E.S.I.