Strument tad-daqq, qisu mandola jew kitarra mżaqqa u b’manku twil. Dan kien strument li kien żviluppat fil-bidu tas-seklu tmintax. Aktar ma għadda żmien il-manifatturi ta’ dan l-istrument żiedu miegħu elementi ġodda. L-ideaturi ta’ dan l-istrument kollha kienu mill-familja Vinaccia ta’ Napli. Mhux ta’ b’xejn li bl-Ingliż dan l-istrument hu magħruf bħala Neapolitan lute. Sq. calasciuni. Minn dan in-nom ħareġ il-kunjom Calascione.