Jew Kakkazza: Tip ta’ ġebla li hi magħmula mill-iskart tal-faħam jew lava, li kien impurtat f’Malta, speċ. fis-seklu dsatax. Minħabba l-kulur tagħha, kannella u iswed, aktar reċenti, din il-ġebla kienet tintuża wkoll biex biha jinbena l-presepju tal-Milied. Meta dan il-faħam ma baqax ikun impurtat, il-presepji mbagħad bdew isiru bil-kartapesta, jew bil-ġebel rustiku. Il-ġebel rustiku hu fil-fatt biċċiet ta’ ġebel tal-qawwi li jinsab norm. fix-xagħri. Li b’mod żbaljat, baqa’ jissejjaħ ġebel tal-gagazza. Etim. Sqal. cacazza – eskrement tal-insetti u ta’ annimali żgħar, tilqit u skart. Ara: Drawwiet u Ħajja Mill-Istorja ta’ Malta ta’ Guido Lanfranco, pp. 141, 142.