(pl. gadrajja) Bejjiegħ li norm. jinnegozja mal-baħrin minn fuq id-dgħajsa qrib il-bastimenti, biex ibigħ minn fuq l-idejn dawk l-oġġetti li jkun għabba mix-xatt. Etim. Sqal. catraju – M. persuna li tagħmilha ta’ interpretu man-nies abbord il-bastiment. Venezjan: cadrai – wieħed li jdur il-port u jbigħ il-frott. Portugiż: catraia – tip ta’ dgħajsa żgħira; mod kif wieħed jaqdef fuq dgħajsa billi jdeffes iż-żewġ imqadef fl-ilma fl-istess ħin. Sorsi: E.S.I. u J.A.