Jew Gabirjola: Kutrumbajsa li wieħed jagħmel billi jirrombla mal-art rasu ’l isfel u saqajh ’il fuq, kemm jekk fuq idejh kif ukoll mingħajr ma jmiss ġismu mal-art. Fig. ‘għamel gabirjola’ – biddel fehimtu totalment. Tal. Capriola. Sqal. Capriole – M. il-qabża fl-ajru taż-żiemel li jagħmel bħallikieku qiegħed jagħti b’saqajh fil-vojt.