Fi żminijietna, Il-kelma gabilott, tirriferi għal dak il-bidwi li jaħdem l-għelieqi. F’Malta u fi Sqallija tal-Medjuevu l-gabillott kien dak li jieħu ħsieb jiġbor il-qbiela (pl. ta’ qabala Għ. gabala.) mingħand il-bdiewa għan-nom tas-sid tal-art. Il-gabillott kien jagħmilha ta’ ġabbar tat-taxxi u bħala ‘prottettur’ tas-sid. Sqal. Gabbillottu. Lat. Gabellariu. Għ. qabala. M. Taxxa. Qab. ma’ qbiela.