Dan hu wieħed mill-aqwa kotba li qatt qrajt f’kwalunkwe lingwa. Is-sempliċita’ tan-narrativa ta’ aneddoti mill-perspettiva ta’ tifel żgħir tqarraq bik għax dawn l-istejjer qosra miktuba b’sengħa u ħila kbira. Il-kitba ta’ Kilin mhux biss tnissel fina sens qawwi ta’ nostalġija għal ħajja li sfortunatement  għebet ma’ missirijietna, iżda fuq livell iktar sottili, hija xhieda tal-qawwa u l-profondita’ ta’ l-espressjoni u l-idjoma Maltija.

Aqrawh.

http://www.bdlbooks.com/novels-and-romance-fiction/184-fuq-il-ghajn-ta-san-bastjan.html