1. Fil-logħob tal-karti din hi mossa li wieħed mil-lagħaba jagħmel meta jikxef ħames karti li għandhom l-istess kulur. A. de S. isemmiha bħala regola tal-logħob tal-karti. Bl-Ingliż din il-mossa tissejjaħ flush2. FROXX TAD-DEMM  Disenterija; ħruġ tad-demm minn wara. Tal. flussi. 3. Taħwid, konfużjoni, taqlib ta’ oġġetti fuq mejda. ‘Għamel froxx’ – ħarbat u qaleb kulma sab. Tal. frusciare – M. dejjaq lil xi ħadd. Ara: DISENTERIJA. Sors: E.S.I.