Ktieb li fih ikun hemm ġabra ta’ frażijiet li għandhom tema partikulari. Kultant il-frażarju jservi biex jagħti traduzzjonijiet ta’ frażijiet jew sentenzi sħaħ minn ilsien għal ieħor. Ġabra ta’ kliem li jintuża minn nies ta’ professjonijiet jew studji partikulari – tip ta’ glossarju ta’ kliem u frażijiet. Eż. ‘frażarju legali’ jew ‘frażarju militari’. Espr. ‘Dak għandu frażarju għalih’, jiġ. bniedem li diffiċli tifhem x’inhu jgħid għax jitkellem tqil. Tal. frasari.