Raġel jew mara mehdija fil-frugħa. Xi ħadd moħħu/a fin-namrar;  xebba sfrattata. Ing. flirt. Etim. Tal. Frasca – li fiż-żmien tal-Medjuevu fl-Italja, kienet bħal taverna fejn il-bejjiegħa kienu jieqfu  jixorbu l-inbid flimkien u jistrieħu xi ftit. Frasca hi fergħa ta’ siġra. Tista’ wkoll tkun rif. għat-tabella ta’ fuq it-taverna li kienet turi d-disinn ta’ din il-fergħa.