Sptar għal dawk in-nies li jsofru b’mard mentali. L-isem ġej minn Villa Francone, li kienet ir-residenza fil-Furjana ta’ Kavallier tal-Ordni li kien jismu Fra Fabrizio Franconi. Kienu l-Ingliżi fl-1835, li bidlu din il-villa fi sptar għall-morda li jsofru b’mard mentali. Dan l-isptar dam iservi sal-1861, meta mbagħad inbena sptar ġdid f’Ħ’Attard, li llum nafuh bħala l-Isptar Monte Carmeli.  L-isem Ta’ Frankuni tkaxkar mal-pazjenti mill-Furjana għal Ħ’Attard għaliex sal-lum għad hemm xi wħud li l-isptar ta’ Ħ’Attard jirreferu għalih bħala Ta’ Frankuni.  Ara: History of Nursing in Malta