Lasta twila ġen. daqs metru u nofs u li min-naħa ta’ fuq tiegħu forma ta’ nagħla tal-metall  biss aktarx rettangolari. Din tintuża bħala rfid meta jinġarru l-vari. Meta r-reffiegħa jkollhom bżonn jieqfu dawn iserrħu l-vara permezz ta’ erba’ forċini li jitpoġġew taħt il-lasti tal-irfigħ. v. Il-kelma tintuża wkoll bħala ordni: ‘forċina!’ – din il-kelma tingħad mill-koordinatur jew minn wieħed mir-reffiegħa stess bħala sinjal biex dawn jieqfu mill-ġarr ħalli jistrieħu. F’dan il-waqt, jitqiegħdu il-forċini taħt il-lasti biex ir-reffiegħa jistrieħu.   Oriġ. Tal. diminuttiv ta’ forca.