(pl. fnieqel).  Appel. għal bniedem li ma jaf jikkuntenta ruħu b’xejn.  Bniedem li jdejjaq lil ta’ madwaru bil-ħtiġiet tiegħu li jitlob mingħand ħaddieħor. Dan l-aġġ. qabel kien aktar applikat għat-tfal. Illum jingħad aktar biex jiddeskrivi bniedem biżbetiku u qanżħa.  Skont E.S.I. il-kelma kienet oriġ. fonqna jiġ. ‘il-fonq tagħna’ li tfisser ‘bniedem li jdejjaqna’.   Għ. Fannaq – M. ġiegħel lil xi ħadd jgħix ħajja b’mod ta’ rtubija femminili. Anki M.A.V. jikteb fonqna li jispjegaha bit-Tal. bħala inquieto.