1. Pedina tal-logħob li fl-antik kienet tkun tonda u magħmula mill-għadam, eċċ. Din kienet tintuża biex tissarraf ma’ flus fil-logħob tar-rulett jew logħob ieħor tal-ażżard. 2. Fixxa hi karta tal-logħob li tintlagħab fil-belladonna (dan l-isem jintuża fi Sqallija – fl-Italja tintlagħab kemxejn differenti u msejħa Scopa). 3. Fig. Xejn.  idj: ‘spiċċajt fixxa’ – ma fadalli xejn. Bla flus.  Fr. fiche; Tal. fiscia. Ing. fish (mil-logħba fish fejn min ma jkollux il-karta mitluba jgħid lil-lagħbi li saqsieh għaliha ‘go fish’.  Sors etim: J.A.